Jitressqu il-proposti lill-partiti politici mill-MUT

L-edukazzjoni mhix l-iskola biss izda tasal ukoll mid-dar u l-komunita' ghaliex 50% tal-formazzjoni tat-tfal issir fil-familja. Hekk sostna l-President tal-MUT, Kevin Bonello waqt il-prezentazzjoni tal-proposti elettorali li l-Union tal-Ghalliema qed tressaq quddiem il-partiti politici ghall-elezzjoni li gejja. L-MUT qalet li ghalhekk qed tipproponi li ghandu jkun hemm tahrig ukoll ghall-genituri, fost l-ohrajn fil-parenting skills, tahrig li jkun abbinat mal-beneficcji socjali. Bonello qal li ghandhom jonqsu l-genituri li jkollhom it-tfal biex igawdu mill-beneficcji imbaghad jiithallew ghal rihhom. Intqal li f'pajjizna r-rizors uman huwa l-ikbar rizors u ghalhekk il-formazzjoni tat-tfal hi wahda krucjali. Kevin Bonello tkellem ukoll dwar l-istatistika u sostna li l-edukazzjoni mhix ballun politiku fejn xi partit jaghzel li joqghod jikkwota statistika mhix favorevoli biex jikseb vantagg politiku. Huwa ghamel referenza wkoll ghar-rispett li ghandu jkun hemm lejn l-ghalliema u qal li dan ghandu jissahhah bid-decizjonijiet li ghandhom jiehdu l-politici tal-futur. Fost il-proposti tal-MUT hemm ukoll dawk li jindirizzaw id-differenza fl-eta' bejn l-ghalliema u l-istudenti taghhom, li fi kliem Bonello maz-zmien se tkompli tikber. Proposti ohra huma dawk dwar klassijiet izghar fl-ammont tal-istudenti, dwar l-uniformijiet u anke proposta biex fejn tinhass il-htiega jkun hemm taghmir elettroniku disponibbli fil-klassijiet stess. Qed ikun propost ukoll li l-iskejjel f'Ghawdex <b>…</b>

Related posts:

  1. Certificate in Positive Psychology with DR. Tal Ben-Shahar